Il-FIFA kkonfermat li rċeviet l-appell ta’ Chelsea kontra s-sospensjoni li kienet imposta fuqhom dwar it-trasferimenti. Is-sospensjoni tgħid li Chelsea ma jistgħux jiffirmaw plejers plejers ġodda għal żewġ swieq tat-trasferimenti.
Din id-deċiżjoni kienet ittieħdet wara li l-Kumitat tad-Dixxiplina tal-FIFA kien impona s-sospensjoni fuq Chelsea wara li l-klabb Ingliż kien kiser ir-regoli dwar 20 plejer li kienu akkwistati taħt l-età ta’ 18-il sena. Chelsea kienu mmultati nofs miljun ewro filwaqt li l-FA Ingliża kienet immultata aktar minn €400,000.
F’każijiet simili, il-FIFA qablet li ma tinfurzax is-sospensjoni waqt li l-proċess għadu għaddej. Fil-passat Barcelona u Real Madrid kienu tħallew jiffirmaw plejers qabel is-sospensjoni daħlet fis-seħħ. Barcelona eventwalment ma kinux tħallew jirreġistraw plejers ġodda għal żewġ perjodi tat-trasferimenti filwaqt li l-Madrileni servew perjodu biss.
//= $special ?>