Futbol Sport

FILMAT: Każ stramb ta’ vjolenza fil-grawnd fit-Turkija

Aħbar u filmat li qed tiddomina l-media soċjali u l-media tal-isport fit-Turkija hija dwar dak li seħħ f’partita tat-tielet kategorija bejn Amed Sport Kulublu u Saharyasport li ntemmet bl-iskor ta’ 1-1. Inċident serju li seħħ fid-Diyarbakir Stadium huwa dak marbut mal-midfielder Mansur Calar. Kif tistgħu ssegwu fil-filmat Calar huwa akkużat li żamm fil-pala t’idu oġġett li jaqta’ u kull meta kien qrib xi avversarju użah.

L-agħar li marru kienu l-plejers avversarji Ferkat Yazzan u Haci Dogru li dehru b’tiċrit fl-għonq u f’dirgħajhom. Qabel dan l-inċident illi qed ikun investigat mill-Federazzjoni tal-futbol tat-Turkija, qabel il-partita kien hemm tensjoni meta partitarji daħlu fid-dressing room ta’ Amed u heddew xi plejers.

Il-każ ta’ Mansur Calar huwa meqjus bħala wieħed uniku fil-futbol fejn fi tmiem il-partita saret ukoll laqgħa mal-ġurnalisti b’referenza ta’ dak li seħħ.