Raġel ta’ 52 sena, residenti l-Isla weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ sular.
L-inċident seħħ fi Triq San Lawrenz, fl-Isla għall-ħabta tas-14:00 tal-bieraħ meta għal xi raġuni, ir-raġel waqa’ minn ġo tamboċċ waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’residenza.
Fuq il-post issejħet ambulanza flimkien ma’ tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar.
Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>