Fost il-klabbs l-aktar milquta mill-maltemp li għamel ftit tal-jiem ilu, kien hemm Sliema Wanderers. Il-President tal-klabb Keith Perry tkellem fuq Replay Ikompli fejn qal li “kellna numru ta’ ħsarat, naħseb ħa jlaħħqu xi €100,000.” Hu qal li fejn jinsab il-grawnd tagħhom, jiġi affettwat mill-elementi. “Taru xi 30 pannella, in-netting tfarrak u l-lasti taru. Kien hemm ħsara wkoll fit-turf.”
Perry żied li parti minnhom ikollhom l-assikurazzjoni fuqhom u faħħar l-inizjattiva tal-MFA li toħloq fond biex tgħin lill-klabbs li jkollhom dawn il-ħsarat. Hu rringrazzja lil dawk li għamlu kuntatt miegħu fosthom il-Viċi President tal-MFA Matthew Paris u SportMalta.
Il-President ta’ Sliema qal li fil-pitch sabu platti mkissra, ħġieġ u anki għamara mill-appartamenti li hemm ħdejhom. Hu rringrazzja lil dawk li għenu biex jitnaddaf kollox, inkluż lill-plejers ta’ Sliema li għamlu minn kollox biex huma, it-tfal tan-nursery kif ukoll dawk li jaħdmu fil-klabb Slimiż ma jkunux f’periklu.
//= $special ?>