Aħbarijiet sbieħ għas-settur tas-saħħa hekk kif illum tħabbar li pazjent Ingliż irnexxielu juri sinjali pożittivi għal 19-il xahar sħaħ wara li hu kien ilu snin infettat bl-HIV. Fil-fatt, jidher li għal dawn ix-xhur kollha, dan ir-raġel imlaqqam “Il-Pazjent ta’ Londra” ma wera l-ebda sinjali tal-virus.
Dan il-każ suċċess hu l-ewwel wieħed f’10 snin wara “Il-Pazjent ta’ Berlin”.
“Is-suċċess ta’ din it-teknika li użajna turi li l-każ ta’ 10 snin ilu ma kienx anomalija”, qal Ravindra Gupta, professur fl-Universita’ ta’ Cambridge.
Timothy Ray Brown hu “Il-Pazjent ta’ Berlin”, iżda l-każ ta’ Londra għasu sa issa ma ġiex identifikat.
Kull sena madwar miljun persuna madwar id-dinja jmutu infettati bl-HIV.
//= $special ?>