Futbol Sport

Jekk saret xi ħaġa tajba din is-sena, żgur li hi l-introduzzjoni tal-InStat – Jesmond Abela, Team Manager ta’ Hibernians

It-Team Manager ta’ Hibernians semma b’mod partikolari l-programm teknoloġiku InStat li jgħin lit-timijiet biex jagħżlu plejers aħjar. “Jekk saret xi ħaġa tajba din is-sena, żgur li hi l-introduzzjoni tal-instat u ħadd ma ta l-mertu li kellu jtiha. Din barra li hi platform li tgħin lill-klabbs u lit-technical staff biex jippreparaw il-logħba, tagħti platform internazzjonali anki lill-plejers Maltin.

Hu żied li jekk klabb barrani jkun interessat fi plejer Malti, jistgħu jidħol fuq din il-pjattaforma u jara anki d-difetti tal-plejer. Abela qal li hu jitkellem id-dritt u fejn l-MFA għamlet xi ħaġa tajba għandu jgħidha għaliex din is-sistema ġiet introdotta għal kulħadd u kienet “veru oġġett tajjeb ħafna.”

Jesmond Abela faħħar il-ħidma tal-kowċ Stefano Sanderra u l-assistent tiegħu Ryan Pulis. B’referenza għall-akkwisti tal-plejers barranin, Abela qal li Sanderra qalilhom li huma jipprovdulu l-plejers filwaqt li hu jħarriġhom. F’termini ta’ plejers, Sanderra juri l-preferenza tiegħu imbagħad ikunu Hibernians li jiddeċiedu u jippruvaw iġibu dak rikjest mill-kowċ mill-għażla li jkollu. Hekk sar fl-akkwist b’self tal-gowlkiper Marko Jovicic.