Kien hemm reazzjonijiet qawwija ferm wara li lbieraħ il-UPE tkellmet apertament dwar il-biża’ li qed jiffaċjaw diversi għalliema fil-klassijiet tagħhom – każi ta’ vjolenza li qed itappnu mhux il-ħidma siewja tal-professjonisti fis-settur edukattiv.
Wara dak li qalet il-UPE, kienu bosta l-għalliema u l-LSEs li tkellmu ma’ Net News dwar ir-realtajiet li qed jiffaċjaw fl-iskejjel, u li jikkonfermaw kemm hemm edukaturi li lesti jħallu l-post tax-xogħol tagħhm minħabba dik li qed isejjħu “klima ta’ biża'”.
Il-Union of Professional Educators ressqet sensiela ta’ proposti li għandhom l-iskop li jipproteġu u jagħtu serħan il-moħħ lill-edukaturi waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Kif jispjega Graham Sansone, mill-Union li tifforma parti mill-UĦM Voice of the Workers, dawn il-proposti qed isiru anke fid-dawl li l-attakki fil-konfront tal-edukaturi qed jiżdiedu.
//= $special ?>