Lokali

Mixja ta’ 150 kilometru madwar Malta b’risq id-Dar tal-Providenza

Trail Makers qed jorganizzaw mixja ta’ 150 kilometru, lejl u nhar b’risq id-Dar tal-Providenza mis-Sibt 23 sal-Ħadd 24 ta’ Marzu. Il-mixja tibda mill-parkeġġ tad-Dar fis-Siġġiewi fis-seba’ ta’ filghodu tas-Sibt u tispiċċa għal ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija tal-għada l-Ħadd.

Wieħed jista’ jieħu sehem fil-mixja sħiħa ta’ 150km jew jingħaqad mal-grupp f’wieħed mill-postijiet tat-tluq u jimxi kemm jixtieq. Dawk li jimxu 20km jew iżjed jingħataw midalja ta’ tifkira kulur il-bronż u dawk li jtemmu l-mixja ta’ 150km jingħataw midalja ta’ tifkira kulur il-fidda.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jidħol fuq Facebook u ssir ir-reġistrazzjoni billi timtela din il-formola.

Reġistrazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ħadd, 17 ta’ Marzu 2019.

Tista’ tingħaqad mal-mixja f’dawn il-postijiet:

Is-Sibt 23 ta’ Marzu

7:00 – 8:30
Dar tal-Providenza – Ħad-Dingli (8km)

8:30 – 12:00
Ħad-Dingli – Għajn Tuffieħa – waqfa għall-ikel (15km)

12:20 – 16:00
Għajn Tuffieħa – Marfa (14km)

16:20 – 19:00
Marfa – Mellieħa – waqfa għall-ikel (11km)

19:20 – 20:00
Mellieħa – Fra Ben Qawra (13km)

20:20 – 23:50
Fra Ben Qawra – Pembroke playing field (14km)

Il-Ħadd 24 ta’ Marzu 2019

Nofs il-lejl – 4:00
Pembroke playing field – Valletta venda (15km)

4:20 – 7:00
Valletta venda – Marina Isla – waqfa għall-ikel (14km)

7:30 – 10:00
Marina Isla – Marsaskala playing field (13km)

10:20 – 13:00
Marsaskala – Birżebbuġa Pretty Bay – waqfa għall-ikel (14km)

13:20 – 17:00
Pretty Bay Birżebbuġa – Dar tal-Providenza (17km)