Dalgħodu għall-ħabta tas-6, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien imsejjaħ biex jagħti l-assistenza tiegħu għal dak li kien suspett ta’ splużjoni ta’ gass fi stabbiliment kummerċjali fi Triq it-Turisti l-Qawra.
In-nar kien ikkontrollat malajr, filwaqt li ċ-ċilindru kien imkessaħ u estratt sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta splużjoni ulterjuri jew nar.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rringrazzja lill-Korp tal-Pulizija, partikolarment uffiċjali mill-Għassa tal-Qawra u l-RIU li għenu fl-evakwazzjoni tar-residenti minn appartamenti fil-qrib.
Madwar 20 persuna kienu evakwati, inkluż tarbija kif ukoll annimali domestiċi, fejn ebda persuna ma sofriet ġrieħi.
//= $special ?>