Il-kumpanija DreamTeam Carnival ilbieraħ sellmet il-memorja ta’ Kelly Mifsud, li għal numru ta’ snin ipparteċipat bħala żeffiena fil-Karnival ta’ Malta.
Kelly mietet il-Ħadd, u l-aħbar ħasdet lil diversi dilettanti.
Malli l-karru tad-DreamTeam wasal fi Pjazza San Ġorġ, inħareġ banner li juri wiċċ Kelly. Dan il-ġest intlaqa’ b’ċapċipa waħda minn dawk kollha preżenti għall-ispettaklu tal-bieraħ.
//= $special ?>