Wara l-Grigalata tal-24 ta’ Frar, ħafna għadhom qed jinnutaw li diversi partijiet tal-kosta għadhom miksija b’ħut mejjet illi tkaxkar mal-mewġ qawwi. Dan il-fenomenu qed jidher partikolarment fl-inħawi tax-Xemxija u San Pawl il-Baħar.
Dan il-ħut qed iqajjem tħassib kbir minħabba biża’ li l-baħar jispiċċa kontaminat.
F’dan il-filmat, li ttieħed mill-għaddas Raniero Borg, jidhru ammont kbir ta’ ħut f’wiċċ il-baħar u anke ħut li ttella’ fuq il-kosta.
//= $special ?>