Punti importanti fuq kif u x’għandek tagħmel meta tbiddel iċ-ċilindru tal-gass:
- Ħu ħsieb li tinnota jekk iċ-ċilindru jkunx issiġilat kif suppost mill-kontributur
- Qabbad ir-regolatur u mill-ġdid iċċekkja li hu dritt fuq il-valv. Jekk dan joħroġ mingħajr sforz mela biddel ir-regolatur.
- Ixgħel ir-regolatur u ċċekkja jekk ikunx hemm tnixxija (leakage). Dan jista’ jsir permezz tax-xamm jew ukoll billi titfa’ ftit ilma bis-sappun.
- Iċċekkja regolarment il-manka tal-gomma (rubber hose), iżda għal kwalunkwè każ biddel dan mad-data ta’ skadenza jew wara kull ħames snin ta’ użu.
- Ħu ħsieb li tbiddel ir-regolatur kull 10 snin.
- Importanti li toqgħod attent għar-regulaturi li hawn fis-suq. Qed jidħlu rapporti li fis-suq hawn numru ta’ regolaturi mhux ta’ stoffa. Fid-dawl ta’ dan importanti li wieħed jixtri regolatur ta’ kwalità tajba.
- Fil-każ tal-heaters ħu ħsieb li ma jkunx viċin materjali li faċli jistgħu jieħdu n-nar, bħal purtieri jew għamara.
Fl-2018 kien hemm mat-30 telefonata relatata ma’ inċidenti tal-gass.
//= $special ?>