Lokali

RITRATTI: 88 immigrant iddaħħlu Malta

88 immigrant dalgħodu ddaħħlu Xatt it-Tiben, il-Floriana.

Huma kienu qegħdin fuq dgħajsa tal-injam, madwar 30 mil nawtiku minn Lampedusa, meta talbu l-għajnuna. Il-forza navali Taljana bgħatu lanċa sabiex tassisti lil dawn l-imigranti, iżda minħabba problemi tekniċi ma setgħetx tkompli bl-operazzjoni ta’ salvataġġ.

Kien għalhekk li intervjenew il-Forzi Armati Maltin u permezz ta’ lanċa P52 għabbew l-immigranti kollha u ddaħħlu Malta.

Il-maġġoranza tal-immigranti, 48 minnhom, ġew mill-Marokk. Oħrajn ġejjin mill-Bangladesh, l-Alġerija, iċ-Chad, l-Eġittu, l-Eritrea u l-Libja.