Sport Sport Ieħor

Andy Murray jista’ jirritorna f’Wimbledon iżda fid-doubles

(Ritratt: Sky Sports)

Andy Murray jemmen li jista’ jirritorna fil-ħin biex jieħu sehem f’Wimbledon mhux fis-singles iżda fid-doubles. Murray li għandu 31 sena żvela li ma għandux uġigħ f’ġenbu wara li l-operazzjoni li għamel f’Jannar. L-Iskoċċiż għamel din l-operazzjoni biex itawwal il-karriera iżda t-tliet darbiet rebbieħ ta’ Grand Slam iżda jinsab konxju li jista’ jġib fi tmiemu ż-żmien tiegħu fl-isport.

Murray jista’ jieħu ispirazzjoni mill-Amerikan Bob Bryan li għamel operazzjoni simili s-sena l-oħra u rritorna wara ftit aktar minn ħames xhur. Hu kien żvela l-pjan li jirtira wara l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Wimbledon minħabba uġigħ kontinwu.

L-eks numru wieħed tad-dinja anki ammetta li t-tournament f’Melbourne jista’ jkun l-aħħar wieħed tal-karriera iżda ssorprenda f’telfa ta’ ħames sets kontra Roberto Bautista Agut u indika x-xewqa li jkompli jilgħab. Murray jemmen li jkun jaf jekk jistax ikompli madwar seba jew tmien xhur oħra.

Tags