Raġel ta’ 37 sena mill-Ħamrun weġġa’ gravi kmieni dalgħodu wara li waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:30am fi Triq it-Torri fl-Imsida.
Il-Pulizija kkonfermaw li r-raġel weġġa’ waqt li kien għaddej b’xi xogħol f’dan is-sit.
Fil-Post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejin.
//= $special ?>