Jeħtieġ pjan fit-tul biex pajjiżna jkun irrappreżentat bl-aħjar mod fil-gruppi ta’ ħidma
 differenti fil-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew. Huwa fundamentali li pajjiżna
 jkollu l-aħjar persuni li jirrappreżentawh f’dawn il-gruppi ta’ ħidma b’kompetenza, kwalifiki
 u esperjenza. Ir-riforma tas-servizz pubbliku mressqa mill-Gvern tmur kontra dan il-bżonn ta’
 kompetenza fil-fora Ewropej. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista qiegħed iressaq proposti
 konkreti għat-taħriġ, l-indipendenza u l-kompetenza taċ-ċivil u fir-rappreżentanza ta’ Malta
 f’fora tekniċi u politiċi speċjalizzati.
Dawn il-proposti tressqu mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar ir-Riformi fis-Servizz Pubbliku Karol Aquilina u l-Kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius.
L-interess nazzjonali fl-Ewropa jirrapreżentawh l-MEPs, u l-Ministri fil-Kunsill tal-Ministri,
 jeħtieġ li Malta tiġi rappreżentata wkoll fil-210 grupp ta’ ħidma fil-Kunsill u l-Kummissjoni.
 Dawn il-gruppi ta’ ħidma huma strumentali sabiex jiffurmaw il-politika tal-Kummissjoni u l-pożizzjoni tal-Kunsill, li wara tiġi nnegozjata mal-Parlament Ewropew. Huwa fundamentali li
 Malta jkollha l-aħjar nies jirrapreżentawha f’dawn il-gruppi. Ir-riforma tas-servizz pubbliku
 mressqa mill-Gvern tmur kontra dan il-bżonn ta’ kompetenza fil-fora Ewropej għax tiftaħ it-triq beraħ għall-karigi ta’ persons of trust li jistgħu jaħdmu f’kull qasam taċ-ċivil, u fir-rappreżentanza ta’ Malta f’fora tekniċi u politiċi speċjalizzati.
L-Ombudsman fir-rapport dwar il-promozzjonijiet fl-armata, kkonferma li hemm sistema li
 hija magħmula biex jinħolqu l-inġustizzji u dak li jiddeċiedi l-Ministru jiġi impost, b’theddida
 għad-demokrazija. Dan meta l-Gvern ħataf l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna b’detriment għad-demokrazija u meta diversi postijiet b’responsabbiltà ta’ rappreżentanza ta’ Malta fi Brussell
 inbidlu fl-aħħar snin sabiex jitpoġġew nies hekk imsejħa ‘ta’ fiduċja’.
Il-proposti konkreti tal-Partit Nazzjonalista għas-servizz pubbliku huma:
§ Il-Gvern jeħtieġ li jipprovdi top-up regolari ta’ taħriġ liċ-ċivil fil-qasam tan-negozjati
 Ewropej bħal ma’ kien sar bi preparazzjoni għall-Presidenza ta’ Malta fil-Kunsill talMinistri u bħal ma sar qabel dħalna fl-Unjoni Ewropea. Il-Gvern jeħtieġ jinvesti ferm
 aktar fit-taħriġ b’mod li jkun hemm threshold ta’ 12-il ġurnata ta’ taħriġ fis-sena li
 jkunu jinkludu tal-inqas erbat’ijiem fis-sena fuq politika u affarijiet Ewropej għal
 dawk li jridu jirrapreżentaw lil Malta fi Brussell.
§ Fit-taħriġ tal-personal imsemmi għanda ssir enfasi akbar fuq kultura ġenerali u fuq
 “soft skills”, inkluż b’esperjenzi diretti fi Brussell abbażi tal-mudell Żvediż.
§ Malta trid ukoll tattira l-provvista tal-aktar taħriġ avvanzat fl-oqsma tekniċi u fil-qasam tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Għal dan huwa importanti li ninvolvu l-parteċipazzjoni ta’ Maltin li kisbu esperjenzi diretti fl-istituzzjonijiet Ewropej, bħal ma jsir f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.
§ Il-persons of trust ma jkunux assenjati rwol ta’ rappreżentanza tal-Gvern f’fora
 permanenti sakemm mhux f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza biex ikopru laqgħa waħda fl-assenza ta’ personal stabbilit fid-dipartiment.
§ L-għażla tal-personal li jirrapreżenta lil Malta fil-fora ewlenin tkun soġġetta għall-kriterji pre-stabbiliti u mressqa quddiem il-Kumitat tal-Kamra nkarigat mill-Affarijiet Ewropej. Tali kriterji jeħtieġ li jipprijoritizzaw minimu ta’ esperjenza ta’ negozjati u tal-politika in kwistjoni.
§ Il-persuni magħżula għall-karigi l-aktar importanti (Rappreżentant Permanenti u Viċi
 kif ukoll rappreżentanti wieħed għal kull qasam ta’ politika ewlenija: Ambjent,
 Biedja, Sajd, Immigrazzjoni, Kummerċ, Industrija, Fondi Ewropej, Qasam Soċjali,
 Impjiegi, Trasport, Kultura, Ġustizzja u Intern, Difiża) ta’ rappreżentanza fil-Kummissjoni Ewropea kif ukoll fil-Kunsill tal-Ministri għandhom jagħtu rendikont ta’ ħidmiethom fl-istess Kumitat tal-Kamra f’seduta li tinżamm apposta għal dan il-għan.
§ Għandu jkun hemm ukoll seduta apparti fil-Kumitat tal-Kamra dwar ir-rappreżentanza
 ta’ Għawdex fil-Kummissjoni Ewropea u fil-Kunsill tal-Ministri fejn jiġu diskussi
 temi li qamu fl-aħħar sena u oħrajn li mistennija jqumu.
§ Darba fis-sena, s-servizz pubbliku għandu jorganizza laqgħa ġenerali bl-attendenza
 tal-membri taċ-ċivil involuti fir-rappreżentanza ta’ Malta fil-fora Ewropej u li fiha
 jkunu mistednin ukoll l-MEPs kollha Maltin kif ukoll il-MEUSAC u l-Uffiċċju talParlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għal skambju ta’ ideat u analiżi talprijoritajiet ta’ Malta fuq livell Ewropew.
Karol Aquilina qal li r-riforma ppreżentata mill-Gvern tolqot direttament lill-ħaddiema kollha
 taċ-ċivil, iżżid l-arbitrarjetà fid-deċiżjonijiet tal-Ministru u tpoġġi f’dubju l-bżonn ta’
 imparzjalità u indipendenza fl-eżerċizzju tal-ħidma tad-dipartimenti tal-Gvern. Il-ħaddiema
 taċ-ċivil jixirqilhom ħafna aħjar.
Peter Agius qal li rridu nsaħħu l-għodod tal-professjonisti li jirrappreżentaw lil pajjiżna fi
 Brussell sabiex jinkisbu l-aqwa riżultati għal Malta fl-Ewropa. Dan jirrikjedi li jiġi eliminat l-indħil politiku u li jintgħażlu l-iżjed persuni kompetenti fl-irwoli u mhux persuni li jkunu
 magħżula esklussivament fuq bażi ta’ fiduċja, jew għax ikunu qrib tal-Gvern Laburista.
Dawn il-proposti konkreti tal-Partit Nazzjonalista tressqu waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar ir-Riformi fis-Servizz Pubbliku, ċ-Ċittadinanza u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Karol Aquilina, l-Kandidat għall-Elezzjoni tal-ParlamentEwropew Peter Agius u mill-Kandidat għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali f’Tas-Sliema Pierre Portelli.
//= $special ?>

 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		