Knisja Kultura Lokali

Illum jibda l-perijodu tar-Randan

Illum jingħata bidu għar-Randan Imqaddes; 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Interessanti l-fatt illi l-aktar kmieni li jista’ jiġi Ras ir-Randan hu fl-4 ta’ Frar filwaqt li l-aktar data tard tkun l-10 ta’ Marzu. Dan ifisser li din is-sena inzertat wahda minn dawk fejn kemm ir-Randan u anke l-Ghid il-Kbir se jigu ccelebrati tard matul is-sena.

F’dan il-perijodu l-Knisja tħeġġeġ lill-Insara kollha sabiex jattendu l-Eżerċizzi Spirital, jaqraw il-Kelma t’Alla kif ukoll jieħdu sehem fis-sagramenti.

Kemm f’Ras ir-Randan kif ukoll fil-Ġimgħa l-Kbira, dawk kollha fl-eta’ ta’ bejn it-18 u s-60 sena għandhom dmir li jsumu, barra dawk li huma skużati. Il-Knisja Kattolika theggeg anke lill-adoloxxenti sabiex jaghmlu xi forma ta’ sagrificcju.

Intant illejla l-Arċisqof ta’ Malta Mons Charles Scicluna, mal-Kapitlu tal-Katidral, se jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Ras ir-Randan fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fis-6:30 p.m.

Il-Quddiesa tinkludi t-tberik u t-tqegħid tal-irmied. Dawk kollha li jaħdmu l-Belt Valletta jew jinzertaw il-Belt huma mistiedna jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni.

Il-Knisja ssostni li l-Erbgħa tal-Irmied hi festa Kattolika importanti u għandha tibqa’ tkun imħarsa.