Basketball Sport

Impenn fl-Italja għar-referee tal-basketball Bernard Vassallo

Ir-referee internazzjonali tal-basketball Bernard Vassallo se jkompli bl-istaġun pożittiv tiegħu fl-Ewropa hekk kif għada se jikkontrolla l-ewwel partita mill-kwarti tal-finali tal-FIBA Euro Cup tan-nisa.

Il-logħba hi bejn iċ-champions Taljani Famila Schio u l-qawwa Torka Cukurova Mersin li hu l-uniku tim bla telfa f’din il-kompetizzjoni. Il-logħba se tintlagħab f’Pala Romero f’Schio u flimkien ma’ Vassallo bħala referees se jkun hemm il-Kroat Alfred Jovovic u s-Sloven Milan Spanic.