Lokali

Jirriżenja s-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU

It-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-General Workers Union qed tfittex Segretarju ġdid wara li s-Segretarju attwali  Jeremy Camilleri irriżenja mill-kariga

Dan tħabbar fi stqarrija mill-GWU li kkwotat l-ittra ta’ riżenja li Camilleri bagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU Joseph Bugeja fejn qal li wara snin twal fil-qasam trejdunjonistiku, jinsab fi żmien li jrid ifittex sfidi ġodda. Camilleri qal li se jibqa’ fil-kariga sakemm jinstab is-suċċessur tiegħu.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja f’ittra li bagħat bi tweġiba għall-ittra tar-riżenja stqarr li filwaqt li mhuwiex faċli li wieħed jaċċetta li persuna li jkun ta sehem siewi fil-GWU juri x-xewqa li jirreżenja mill-ħidma, jifhem li kull persuna għandha l-aspirazzjonijiet tagħha u jkun ġust li ssegwiehom.

Tags