Lokali

L-avukat Ramona Frendo tinħatar formalment Imħallef tal-Qorti tal-UE

Il-kandidat Malti biex iservi fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Ramona Frendo, instabet li tissodisfa l-kwalifiki meħtieġa minn panel ta’ esperti skont kif trid il-liġi tal-Unjoni Ewropea biex isservi bħala Imħallef fuq din il-Qorti.

Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata l-Erbgħa mill-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħet f’Brussell.