Lokali

”L-isterjotipi u d-diskriminazzjoni kontra n-nisa għadhom jeżistu” – NCPE

L-isterjotipi f’pajjizna kontra n-nisa ghadhom jezistu – kif ghadha tezisti wkoll id-diskriminazzjoni kontra n-nisa, sahansitra anke fil-pagi.

Dan hareg minn konferenza li kienet organizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, fejn diversi kelliema qasmu l-hsibijiet taghhom dwar it-tema tan-nisa fis-socjeta’….ftit jiem biss qabel jitfakkar Jum il-Mara.

Il-Jum Internazzjonali tal-Mara hi ġurnata li fiha s-soċjeta’ tirrifletti dwar l-isfidi li għad għandhom bżonn jiġu ndirizzati…u dak li jehtieg isir sabiex in-nisa fis-socjeta’ jisaħħu.

Waqt din il-konferenza, is-Senior Lecturer JosAnn Cutajar tat preżentazzjoni fuq id-differenza fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel, il-kawżi tagħha u kif din id-differenza tvarja f’setturi differenti.

Tkellem ukoll il-Professur Godfrey Pirotta illi iffoka fuq il-bzonn ta’ miżuri li jiffaċilittaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja… u kif dawn jistgħu iħallu impatti fuq l-avvanz tal-karriera.

Din il-konferenza kienet opportunita’ sabiex jiġu analizzati l-ostakli li hemm bżonn jiġu indirizzati sabiex tiġi zgurata l-ugwaljanza fl-avvanz fil-karriera kemm tan-nisa u anke tal-irġiel.

Prezenti kien hemm ukoll il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Claudette Buttigieg kif ukoll il-Kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Roslyn Borg Knight.

Intant, il-gimgha filghodu – propju f’Jum il-Mara – il-PN se jkun qed jorganizza l-konferenza bit-tema ‘Mara Success’ li se tixxandar dirett fuq Net TV u Facebook Live.