Lokali Parlament

Liġi dwar il-ħarsien tat-tfal imfassla miż-żewġ partiti li tista’ twassal għal qabża fil-kwalita’ tat-tfulija

It-tfal huma l-għożża tas-soċjeta’, u ż-żewġ partiti fassluha flimkien wara laqgħat ma’ diversi konsulenti u nies u soċjetajiet fil-mestjier u li ilhom għaddejjin għal żmien twil. Il-Ministru Michael Falzon, id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech u anke bl-għajnuna tad-Deputat Nazzjonalista, Robert Cutajar, flimkien ħadmu biex kull deċiżjoni li tittieħed trid issir għal ġid tat-tfal.

Meta kien qed jitkellem dwar il-liġi dwar il-ħarsien tat-tfal, id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech tkellem dwar l-importanza li wieħed jiddiskuti l-politika dwar il-protezzjoni tat-tfal. Huwa kkwota dak li kien jgħid l-eks President tal-Afrika t’Isfel, Nelson Mandela, li “There can be no keener revelation of a society’s soul that the way which it treats its children.”

Grech tkellem dwar ir-ruħ ta’ soċjeta, u kif din tittratta lit-tfal tagħha, kemm fiha x’taħseb u l-importanza u l-mod kif nagħmlu l-politika dwar it-tfal tirrifletti ruħ is-soċjeta tagħna u l-priorita tagħna l-politiċi. Kull tifel u tifla għandhom dritt għal tfulija sabiħa, normali ta’ għożża. “Kull wieħed u waħda minnha fil-Parlament għandu dmir li jara li l-ebda tifel u tifla ma’ tinsterqilhom it-tfulija tagħhom. It-tfulija hija perjodu intiż li jifforma l-karrattru, perjodu sabiħ, perjodu fejn l-adulti jerfgħu l-piż u l-ikrah biex pienġu kollox sabiħ

“Dan huwa perjodu li jifforma l-futur mhux biss tat-tfal mhux biss tal-familja iżda tas-soċjeta u l-pajjiż. Tenna li qed jgħid dan għaliex ried ipoġġi f’kuntest l-importanza ta’ din il-Liġi u l-implikazzjonijiet ta’ dak li qed nagħmlu. “Irrid inpoġġi wkoll f’kuntest l-atteġġjament politiku li ħadna bħala Oppożizzjoni f’din il-Liġi.

“Sa mill-bidu nett ħdimna fi spirtu ta’ kollaborazzjoni, minkejja xi veduti differenti, l-għan huwa komuni. Il-ħtieġa kbira ta’ kunsens, politika tar-raġuni kontra politika tal-piki. Qal li lil dawk li jaraw sal-ponta ta’ mnieħierhom li jaraw biss il-politika bħala mezz ta’ partiġġjanizmu sfrenat u platform ta’ konfrontazzjoni, appellalhom li għandhom dritt, “iżda aħna għandna dmir li nilleġiżlaw fl-aħjar interess tal-ġid komuni”.

Tenna li kunsens m’huwiex koabitazzjoni politika, iżda kunsens huwa mibni fuq pożizzjoni studjata, loġika, vuċi ta-raġuni, tas-sens komun u l-ħila li tikkonvinċi anke meta m’għandkex in-numri – mhux bit-tġħajjir imma bil-konvinzjoni, qal li ta’ sodisfazzjon kbir li hekk ħdimna f’din il-Liġi. Liġi li għandha mplikazzjonijiet wesgħin.

Id-Deputat Grech qal li dan hu l-ispirtu. “F’din il-Liġi “we have to get it right”, u li ndaħħlu aspetti anċillari li jtejjibu t-tfulija speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli. Tfulija aħjar, isbaħ u li tiżra l-futur tas-soċjeta’ tagħna. Saħaq li s-soltu l-apprezzament isir fl-aħħar, iżda mill-ewwel irringrazzja, lis-soċjeta ċivili għall-input tagħhom u l-impenn tas-Social workers, kemm ma’ napprezzawx biżżejjed, “unsung heroes” inviżibbli, forsi imma imprezzabbli. Claudio Grech wara għadda biex irringrazzja wkoll lil familji foster li għallmuna ħafna. Tfal f’kura alternattiva li qasmu l-esperjenzi tagħhom.

SFOND TAL-POLITIKA

Il-kelliem qal li wieħed ilu jistenna li ssir Liġi bħal din. Qal li din hija storja li tixhed kemm il-politiku jiżen il-kuxjenza tiegħu. Filwaqt li huwa faħħar persuni poltiċi miż-żewġ naħat tal-kamra għall-“approach” tagħhom u sostna li sar titjib fuq dak li hemm illum. Qal li l-messaġġ ewlieni tiegħu huwa li la wasalna s’hawn ejjew nagħmlu pass ieħor u nsibu l-kuraġġ li ndaħħlu bidliet leġiżlattivi u kulturali. Partikolarment fil-mentalita politika f’dan is-settur, settur tant sensittiv. Neradikaw permanenti l-“appointments” partiġġjani Jekk mhux dan is-settur liema?

Hemm mijiet ta’ “positions of trust”, ejja nnaddfu dan is-settur darba għal dejjem u nħallu lill-professjonisti jaħdmu. Għalhekk bħala Oppożizzjoni aħna favur din il-Liġi u aktar minn hekk illum u fil-proċess Parlamentari ser inressqu sensiela twila ta’ proposti intiżi biex intejjbu din il-liġi mhux biss bħala protezzjoni iżda biex nippromwovu d-dritt għat-tfulija sabiħa u kuntenta.

Grech qal li hemm il-ħtieġa ta’ bidliet li għandhom ikunu xprunati minn tliet elementi loġiċi. L-interess suprem tat-tfal, f’kollox u dejjem. Ġaladarba jkun hemm direzzjoni u deċiżjoni permanenza fl-aqsar żmien possibbli. Il-ġenituri naturali għandhom jingħataw iċ-ċans biex jaġġustaw għall-uliedhom iżda mhux billi l-ulied iħallsu l-prezz bit-tfulija tagħhom.

Semma tliet elementi bażiċi, “straight-forward” u li huma test għall-politika tagħna dwar din il-liġi u materji relatati. Qal li hemm numru ta’ tfal li jagħu l-barra minn din il-liġi u semma’ l-fenominu tal-bullying. Qal li l-politiċi għandhom obblugi li t-tfal jifformaw karattur u kull min ġenitur dawn għandhom jipproteġu t-tfal tagħhom.

 

PROPOSTI TA’ L-OPPOŻIZZJONI DWAR IL-LIĠI U AFFARIJIET ANĊILLARI

Claudio Grech qal li punt ta’ prinċipju bażilari dwar din il-liġi huwa li wieħed jifhem il-minuri, li t-tfal huma priorita ewlenija. Hemm bżonn ta’ aktar ħsieb dwar it-tfulija u d-differenza fit-trattament u proviżjonijiet, bejn tifel ta’ seba’ snin u ieħor ta’ 15. Allura aħna nemmnu li din għandha tkun liġi dwar it-Tfal u mhux minuri.

Dwar it-tarbija fil-ġuf, l-aktar kategorija ta’ tfal li għandha bżonn ta’ protezzjoni. Tenna li se nkunu qiegħdin inressqu emendi biex din il-protezzjoni tiddaħħal għaliex hemm bżonn tisħiħ leġiżlattiv ta’ dak li qed naqblu fuqu. Hemm bżonn ta’ proviżjonijiet aktar b’saħħithom dwar dan, mhux biżżejjed li ż-żewġ partiti jgħidu li huma kontra l-abbord.

Punt ewlieni ieħor, huwa il-governanza: Hemm qbil prattikament unanimu li m’hemmx lok għall-politika partiġġjana. Sfortunatament din il-verżjoni tal-Liġi ser tibqa’ ankrata fil-mentalita skaduta. Hemm bżonn ta’ apolitika u mertu ta’ veru. B’eċċezzjoni waħda, kollha huma kollha “political appointees” fl-istrutturi kollha, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet mingħajr kwalifiċi ċari. Dan kollu jrid jinqata’ u dan is-settur għandu jagħti eżempju.

Tkellem dwar il-bżonn ta’ “checks and balances”  fir-rwoli diversi fl-istess aġenzija u kunflitti kbar ta’ interessi. Dwar il-metodi ta’ rappurtar u ta’ verifika, u li rridu nagħtu aktar fiduċja lill-professjonisti soċjali. Saħaq dwar l-opportunita’ biex jevolvi t-tielet settur, li hija sussidjarjeta vera u nersqu aktar lejn mudelli internazzjonali.

PUNT EWLIENI – DIRETTUR PROTEZZJONI MINURI

Grech qal li huwa pass tajjeb li f’din il-liġi “by call”, wieħed irid ikollu esperjenza itwal dik ta’ tmien snin. Qal li dan huwa rwol kruċjali u sensittiv u ta’ poteri sostanzjali u b’entita indipendenti mhux parti mill-Appoġġ u għandu jkun hemm sens akbar ta’ “checks and balances”. M’għandux isir kollox mill-aġenzija tal-istat.

Kompla jgħid li t-tfulija hija xi ħaġa li tgħaddi u ma’ terħax tiġi, żmien u esperjenzi prezzjużi li ma’ nistgħux naħsbu f’termini proċedurali bħal xi każ kummerċjali. Tfulija misruqa hija futur misruq. Tempistika donna takkomoda istituzzjoni mhux lit-tfal u dan huwa żball. Tenna li skadenzi twal wisq li ma jirriflettux in-natura tal-materja. Dawn għandhom jiġu riveduti u jitqassru sinifikanment. Id-Direttur tal-Minuri huwa tajjeb li se jsir u se jsir wara applikazzjoni. Dan għandu rwol fundamentali u madwaru ddur l-importanza tal-liġi kollha.  Pass fid-direzzjoni t-tajba skont il-Gvern, fejn tidħol il-permanenza, li għat-talba tal-addozzjoni tinżel għal ħames snin. Il-perjodu pero’ għandu jkun marbut mal-interess tat-tfal.

Il-kelliem qal li permanenza iffukata fuq ix-xewqa u l-ħarsien tat-tfal hija mportanti u perjodu determinat mill-interess tat-tfal mhux linja arbitrarja. Saħaq ukoll dwar ir-rwol aktar ċentrali ghal-foster carers. Jekk “foster carer” diġa għamel perjodu twil (sentejn) għaliex irid jerġa jsir assessment ieħor?  Qal li nafu kif dawn kienu jiħu trattati, l-animozita u meta taqra r-rapport tal-ex Imħallef Mallia, u ma jistax jifhem għaliex dawn wara li qed jagħtu ħafna minn ħajjithom, minflok ma jsibu soċjeta li tilqagħhom kienu jsibu organiżazzjonijiet li jagħtuhom il-gambetti.

Dan mhux biss “service provider” iżda rwol ewlieni u ċentrali fil-proċess biex jissalvagwardja l-interess tat-tfal u t-tfulija – parti prinċipali tat-team sħiħ mhux fil-periferija jew saħanistra antagoniżmu. Tkellem fuq il-bżonn ta’ informazzjoni u kommunikazzjoni diretta. Tagħrif dwar it-tfal u dak li għaddejjin minnhom u parteċipazzjoni fil-laqgħat u dwar l-importanza tal-Aġenżiji “non-gov” għall-Foster Carers, li huma punt ewlieni għal diversi tfal. Qal li għandna nikkoraġixxi li jkun hawn aġenziji mhux governattivi li jipprovdu l-foster caring.

 

PUNT EWLIENI – DRITT TA-TFAL LI JSEMMGĦU LEĦINHOM U DAK LI JIXTIEQU

Claudio Grech tkellem ukoll dwar l-importanza biex wieħed jismagħhom u jifhimhom. Dan għandu jkun dritt speċifiku għaihom. Qal li tifel u tifla huma ċ-ċentru ta’ dawn il-proċessi mhux sempliċement suġġett. L-involviment huwa kruċjali – huwa dritt tagħhom. Semma l-involviment fil-“Care Plan” u l-bdil tiegħu jekk ikun hemm bżonn.

Qal li punt ewlieni huwa punt ewlieni, l-Avukat tat-Tfal, fejn huwa mportanti li nifhmu li mhux biss dwar aspetti legali iżda wkoll dwar it-tfulija u l-esperjenzi li qed jghix jew tghix tifel/tifla: Għalhekk mhux biss Children’s Advocate. Qal li għandna nersqu aktar lejn kunċett ta’ Children’s Guardian taħt l-organiżazzjoni CAFCASS, kif hemm fl-Ingilterra. Tenna li għandu jiġi appuntat avukat, bl-involviment tiegħu mill-ewwel ġurnata. Dan għandu jara biss l-interess tat-tfal mhix biss il-pożizzjoni legali, fejn għandu jkun hemm struttura separata u indipendenti.

Kompla jgħid li punt ewlieni huwa iċ-Children’s House, li huwa pass importantissimu, li jista’ tkun vejikolu b’saħħtu ħafna għal dan il-proċess, mhux sempliċement indirizz iżda qafas sensittiv, fejn għandna innaqqsu l-intimidazzjoni u t-trawma. Dan m’għandux ikun biss binja. Iżda s-sensittivita ta’ dan il-proċess. Semma il-mudell Barnahus li kien jintuża li Stati Uniti fit-tmeninijiet u l-mudelli Nordiċi.

Semma’ wkoll l-importanza ta’ “Children’s House” f’Għawdex. Ikun hawn min irid jiċċaqqlaq ukoll f’Għawdex hija ta’ proċess ferm importanti. Anke verħjoni iżgħar f’Għawdex qal il-kelliem.

Dwar il-Bord ta’ Reviżjoni tenna li għandha nżommu quddiem għajnejna x’irridu nieħdu minnu. Nistgħu nħarsu lejn “reviewing officers” u flok tieħu tifel jew tifla quddiem bord ta’ seba’ minn nies, imma nħarsu lejn fiduċja lejn professjonisiti kif qed jiħri f’pajjiżi oħrajn li tgħallmu mill-iżbalji. Qal li r-rwol ta’ Special Guardian huwa ferm importanti f’dan l-amibitu. Qal ukoll li l-Oppożizzjoni mal-Manadatory Reporting, hemm min jaqbel u hemm min le, pero, “aħna naqblu dwar dan”, qal li dejjem sakemm il-priorita’ tkun il-vittmi.

Semma is-“secure and therapuetic unit” u li ma jkunx mudell ta’ ħabs, iżda mudell ta’ kura, u jemmen li hemm ħafna aktar dettal fil-liġi dwar kif jiddaħħal. Punti żgħar oħra qal li pass pożittiv huwa “unaccompanied children”. Irridu nħarsu aktar lesn aspetti ta’ vjaġġar u ma ma nagħmluiex diffiċli biex wieħed isiefer ma’ “foster parents” u tfal li jittieħedu minn reliġjon differenti. Pajjiż li għandu rispett lejn kull reliġjon u m’għandhiex noħolqu problemi għat-tfal.

Dwar “Leaving Care” ħajja iebsa, speċjalment dawk li jkunu fil-kura fl-istituzzjonijiet, hemm qabża kbira u gap enormi, mhux bħat-tfal “fostered”, hemm bżonn li naħsbu u nilleġiżlaw  fuq dan l-element kruċjali li ma’ nistgħux ninsewh. Dwar tfal vittmi mid-droga appella lill-Gvern biex jerġa’ jaħsibha mal-liġi dwar il-legaliżazzjoni ta’ ċertu drogi. Hija dikotomija kbira u appella lill-Ministru Falzon, biex jitkellem dwar dan għax inkella se jinħolqu aktar problemi milli soluzzjonijiet.