Ħadd ma weġġa meta ajruplan tat-tip Boeing 777 tal-Emirates Airlines żviluppa nirien illum wara nofsinhar.
Duħħan deher ħiereg mil-bibien ta’ wara tal-ajrupan li kien fuq it-tarmac fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Jidher li n-nirien kienu riżultat ta’ ħsarat fl-Auxiliary Power Unit tal-ajruplan. Dan l-apparat jattiva s-sistema tad-dawl u tal-arja kkondizzjonata fuq l-ajruplan.
Skont sorsi li tkellmu ma’ Net News dan l-apparat jintuża biss waqt li l-ajurplan ikun wieqaf.
Forunatament ħadd ma kien abbord l-ajruplan li kien għadu kemm għamel l-inżul tiegħu minn Dubai.
//= $special ?>