Internazzjonali

Pakkett suspettuż jinstab biswit il-Parlament Ingliż

Il-Pulizija Metropolitana għaddejja bl-investigazzjonijiet wara li nstab pakkett suspettuż biswit il-Parlament Ingliż.

Filwaqt li l-oġġett suspettuż instab qrib il-House of Lords – dan kollu seħħ ftit tas-sigħat wara li seħħet splużjoni kontrollata wara li nstab pakkett suspettuż ieħor fl-Università ta’ Glasgow.

Dan filwaqt li ftit inqas minn 24 siegħa qabel, numru ta’ splussivi instabu f’Waterloo Station u f’binjiet qrib l-ajruporti ta Heathrow u London City.