Raġel ta’ 53 sena residenti l-Mosta ddaħħal l-isptar fejn ġie ċertifiakt li qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura tat-tip Toyota Passo misjuqa minn anzjan ta’ 78 sena mill-Mosta wkoll.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00am fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 53 sena l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>