Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda logħba lil sitt plejers mill-Kampjonat Premier. Dawn huma Maurizio Vella ta’ Birkirkara, Emerson Marcelina ta’ Floriana, Sacha Borg ta’ Gżira United, Davide Mansi u Kassiano Soares ta’ Qormi u Alex Satariano ta’ St. Andrews. Sospiż logħba wkoll l-assistent kowċ ta’ Sliema Wanderers Ivan Woods.
Vella se jitlef il-konfront ta’ Birkirkara kontra Tarxien Rainbows, Marcelina mhux se jilgħab il-konfront li Floriana għandhom kontra Balzan, Mansi u Soares u Satariano se jitilfu l-konfront bejn Qormi u St. Andrews. Borg mhux se jilgħab kontra Senglea Athletic.
Disa’ plejers mill-Ewwel Diviżjoni kienu sospiżi logħba. Dawn huma Clifford Gauci (Lija Athletic), Mark Fenech (Naxxar Lions), Ryan Mercieca (Naxxar Lions), Beppe Muscat (Pembroke Athleta), Mark Anthony Borg (Pembroke Athleta), Mark Barbara (Qrendi), Kevin Camilleri (Santa Lucia), Mattia del Negro (Sirens) u Jose Caetano da Silva (Żebbuġ Rangers).
Karl Saliba (Kalkara), Jacob Farrugia (Mellieħa), Fabian Axisa (Mellieħa), Nicholas Abela (Mġarr United) u Evair Grech (Żabbar St. Patrick) kienu l-ħames plejers sospiżi logħba mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni.
Mit-Tielet Diviżjoni, Christian Farrugia ta’ Attard ġie sospiż żewġ logħbiet. Ħames plejers oħra ġew sospiżi logħba li huma Miguel Grech (Dingli Swallows), Glenn Micallef (Dingli Swallows), Luca Mizzi (Kirkop United), Nicholas Joe Cauchi (Msida st. Joseph) u Ryan Farrugia (Żurrieq).
//= $special ?>