Lokali Parlament

Sitwazzjoni għal mara li hija bogħod mir-realta’ li jiftaħar biha l-Gvern

Meta kienet qed titkellem fil-ħin tal-aġġornament id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li kienet qed tiffoka fuq dak li se nfakkru nhar il-Gimgħa 8 ta’ Marzu … infakkru u mhux niccelebraw … Jum il-Mara. Tiċċelebra festa, kollha ferħ, imma tfakkar ir-realta’ ta’ bosta nisa madwar id-dinja li verament m’ghandhomx raġuni valida ghal xhiex jiċċelebraw, u f’Malta wkoll.

Il-Gvern preżenti jagħzel slogans tal-widna biex idoqq biss dik id-diska li tinstema sabieħa fil-widnejn. Slogans bhal “L-Aqwa fl-Ewropa”, “L-Għira tad-Dinja” u “L-Aktar Gvern Femminista fl-Istorja ta’ Pajjiżna.” Dak huwa l-pakkett minn barra – il-karta tleqq u tagħmmex, iż-żigarella, iċ-ċoff, imma meta tiftaħ, meta tneħħi ix-xejxi kollu ta’ barra, il-qoxra, issib sitwazzjoni ferm il-bogħod minn dak li jgħidu s-slogans.

L-AQWA FL-EWROPA?

Hawn id-Deputat Nazzjonalista kompliet dwar, 2018 Report on equality between women and men in the EU. “In half of the Member States (14), men still outnumber women in the boards of large companies by at least 4 to 1 (i.e. less than 20 % women), while in Malta and Estonia women account for less than 10 % of board members.”

L-Aqwa fl-Ewropa, hija staqsiet? Fil-preżenza ta’ nisa fuq bordijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet Malta ta’ qabel l-aħħar fl-Ewropa! U dan ir-rapport ikompli. “2018 Report on equality between women and men in the EU. The gender gap in employment is the headline indicator of the European Pillar of Social Rights’ social scoreboard for gender equality. … Greece, Italy, Malta and Romania are among the worst performers on the gender employment gap.”

Il-problema, qalet il-kelliema m’hijiex biss li hemm inqas nisa jaħdmu minn rġiel imma għar minn hekk, hemm diskrepanza serja fil-pagi, fid-dħul. Ghax f’pajjiżna, jekk inti mara, għandek ċans inqas li taħdem u ċans kbir li jkollok paga ferm inqas minn dik ta’ raġel li jagħmel l-istess xogħol.

Hija rrefferiet għall-“Gender Pay Gap Report 2018” (Eurostat) li juri biċ-ċar li d-differenza bejn il-pagi tan-nisa u l-pagi tal-irġiel f’pajjiżna kompliet tiżdied minn 7.7% fl-2011 ghal 11% fl-2016 distakk ta’ 3.3%. Dan ifisser li meta raġel jaqla 100 ewro, għall-istess xogħol, għall-istess pożizzjoni, mara taqla 88 ewro u dan għax sempliciment hija mara u xejn aktar. Din hija diskriminazzjoni sfaċċata li qed ikollha, u se jkollha riperkussjonijiet kbar fuq il-mara tal-lum, fuq in-nisa anzjani u fuq familji li jiddependu fuq il-flus li taqla l-mara.

Ftit tal-ġranet ilu, l-Kummissjoni Ewropeja ħarġet ir-rapport importanti annwali “2019 European Semester Country Report”. Malta li fost ħafna affarijiet marbutin mal-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna jgħid hekk: “… equality of opportunity appears particularly challenged. Outcomes in various dimensions of the Pillar are increasingly polarised for more disadvantaged groups. Women in work are increasing, but so too is the gender pay gap. Unequal access to quality education, thereby disadvantaging lower socio-economic groups and children with disabilities, is fueling the high share of early school leavers and low overall skills attainment.

“This may also explain the relatively high average rate of young people not in education, employment or training despite low unemployment. Non-EU migrants experience much higher and widening poverty rates despite having higher education levels and employment rates. There is a high incidence of out-of-pocket healthcare costs causing inequality in waiting times and the gap in self-reported health by socioeconomic status is wide and growing. Although the impact of social transfers on poverty reduction is around the EU average, some groups lack access to contributory schemes, for example working migrants.”

Il-kelliema qalet li l-Ministru tas-Saħħa Malti Chris Fearne, li ftaħar ħafna fuq dan ir-rapport, fuq dawn il-kummenti, ftit għandu għaliex jieħu gost. Dan għax anke fis-saħħa r-rapport ikkritika lil Malta fejn dan is-settur qed ikompli jgħolli li spejjeż tiegħu u li stennija qed tkompli tikber. Xi ħaġa oħra hi li minkejja l-ftaħir il-Gvern ta’ kemm żdiedu nisa fil-kamp tax-xogħol, dawn għandhom lura meta mqabbla ma’ sħabna tal-Unjoni Ewropea.  Xi ħaġa oħra tal-mistħija hi li n-nisa li jaħdmu fuq kuntratt żdied, filwaqt li x-xogħol part-time għal irġiel qed jiżdied.

U jkompli jgħid hekk …

“Malta had the highest increase in female employment in the last decade but the employment gap is the largest in the EU. … Despite these advances, the employment rate of women (60.6 %) in 2017 still lagged behind the EU average (66.4 %) and the gender employment gap is the largest in the EU. The employment rate of women exceeds the EU average up to age 34 and declines sharply thereafter … It has been increasing in standard contracts (full time and open ended) since 2014, while men part-time employment has been slowly increasing.”

Mela n-nisa qed jidħlu f’impjieg b’paga iktar baxxa minn tal-irgiel u b’nuqqas ta’ serħan il-moħħ għaliex huma ħaddiema tal-kuntratt u mhux tal-post! Dan huwa l-aktar Gvern Femminista fl-istorja ta’ pajjizna! U x’effett se jkollu dan fuq in-nisa u fuq il-pensjonanti tagħna? Kompliet tgħid li mhux biss in-nisa imma l-irġiel ukoll! Rapport ieħor tal-UE, Pension and Adequacy Report 2018 jgħid hekk:

“In the EU as a whole, old-age poverty and social exclusion has remained unchanged since 2013… it has increased in 12 Member States since 2013, with the highest increase in the Baltic States (Estonia, Latvia and Lithuania) 21 and Malta …. The at-risk-of-poverty rate is closely linked to the household type. Single older people have generally much higher poverty rates than older couples. Only in Spain and Malta is income poverty higher among couples.

“While slight decreases in gender gaps in pensions have been observed in the EU on average since the crisis, the gaps remain almost stable, in many countries, including in those where it is highest. Furthermore, an increasing tendency is observed in Malta (where the gender gap in pensions has more than doubled to reach 44.8%).”

Din hija statistika xokkanti qalet il-kelliema. Tfisser li meta raġel ikollu 100 ewro fil-pensjoni tiegħu, mara jkollha 55 ewro u 20 ċenteżmu, kważi n-nofs. Buttigieg qalet li fis-settur tal-ugwaljanza m’ahniex l-aqwa fl-Ewropa, imma fil-qiegħ tal-klassifika anki fl-isforzi tagħna biex innaqsu l-“Gender Pay Gap” u l-“Pension Gap”, sforzi li jekk mhux se jkunu effettivi malajr kemm jista jkun, bosta nisa f’pajjiżna se jispiċċaw fil-faqar għaliex diġa qegħdin fir-riskju.

Fl-Ewropa, l-iktar li huma f’riskju ta’ faqar huma ż-żgħaħagħ (tfajliet u nisa) li kif wieħed jista tara, ir-riskju ta’ dan il-grupp huwa ta’ 32% – dawn jinkludu “school-leavers” u żgħaħagħ b’nuqqas ta’ taħriġ ghad-dinja tal-lum. L-istess riskju jonqos ghal dawk fl-eta’ ta’ bejn 25-54 imma jiżdied sew għan-nisa ta’ ‘l fuq minn 60 sena speċjalment għan-nisa l-fuq minn 70 sena!

Kompliet tgħid li għandna rapport ieħor li lill-Gvern imexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat jurih b’mod ċar daqs il-kristall in-numri, l-fatti u l-istatistika li jħobb juża l-Gvern imma dawn in-numri, dawn il-fatti, din l-istatistika ma juriha qatt

Issa qalilna li aħna “L-Ghira tad-Dinja,” x’daħqa traġika. Skond il-“World Economic Forum Global Gender Gap Report 2018”, ma tantx qed jgħiru għalina pajjiżi għaliex dan jgħid li morna lura bil-kbir. L-aktar kejl importanti fl-ugwaljanza tal-mara hu l-“Global Gender Gap Index tal-World Economic Forum”. Dan ikejjel id-differenza bejn l-irġiel u n-nisa f’149 pajjiż f’oqsma importanti bħax-xogħol, il-pagi, is-saħħa u l-parteċipazzjoni pubblika.

Morna lura “overall” u agħar, f’oqsma importanti speċifiċi. Fil-pagi tan-nisa, Malta waqgħet lura 19-il post, mis-87 fl-2013 għall-106 issa; fl-ugwaljanza bejn is-sessi fil-pagi, waqajna mid-19 għat-48 post, lura 29 post; fis-saħħa tan-nisa, morna lura 49 post, mill-65 għall-114;  fil-“healthy life expectancy”.

Il-kejl ta’ kemm mara Maltija mistennija tgħix b’saħħitha fit-tul, lura mit-78 għall-120, waqgħa ta’ 42 post; fil-parteċipazzjoni pubblika tan-nisa, mit-53 għall-81, lura 28 post; fil-proporzjon ta’ nisa fil-Parlament, waqgħa ta’ 32 post, mid-90 għall-122; u fil-karigi fejn jieħdu d-deċiżjonijiet bħala Ministri, waqgħa spettakolari ta’ 85 post, mill-41 post ħames snin ilu għall-126 issa.

Fl-ugwaljanza qegħdin fost l-għar, mhux biss fl-Ewropa imma fid-dinja u żgur li ħadd mhuwa qed jgħir għalina. Rapporti wieħed wara l-ieħor qed jgħidu dan u dan għalfejn? Sempliċi … għaliex il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat m’huwiex l-iktar Gvern Femminista, imma huwa l-iktar Gvern korrot li qatt kellu pajjiżna. Kull rapport li kkwotat Claudette Buttigieg, tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.