Internazzjonali

Tħassib fir-Renju Unit dwar żieda ta’ reati fatali

Bħalissa fir-Renju Unit għaddej dibattitu jaħraq dwar il-pjaga dejjem tikber ta’ reati ta’ stabbings jew reati bi skieken. Dawn it-tip ta’ reati żdiedu b’mod allaramenti fl-Ingilterra.

F’Birmingham fi żmien ħmistax kien hemm tlett stabbings li rriżultaw fatali u l-pulizija hemmhekk ingħataw is-saħħa li jestendu eżerċizzju li jwaqqfu n-nies u jagħmlulhom tfittxijiet. Din kienet l-ewwel darba li l-pulizija f’Birmingham ingħtaw dawn il-poteri.

Fl-aħħar xhur madwar l-Ingilterra kien hemm serje sħiħa ta’ reati bis-skieken. Fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu, żewġ żgħażagħ ta’ 17-il sena inqatlu fir-raħal tagħhom u mara ta’ 50 sena nstabet mejta b’daqqiet ta’ sikkina f’darha f’Londra.

In-numru ta’ vittmi ta’ stabbings mill-bidu tas-sena ‘l hawn hu stmat li hu 35.

L-Erbgħa filgħodu, il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn, qal li Theresa May jeħtieġ li tisma’ lill qraba tal-vittmi u lill-pulziija kif ukol lill-istess Ministru tal-Intern tagħha, u lill komunitajiet li qed jiġu effettwati ħażin minn tnaqqis fil-forzi tal-ordni.