Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg irrimarka fil-Parlament kif hemm reġistrati 60 każ ta’ avviżi ta’ infurzar b’rabta ma’ garaxxijiet li bdew jiġu użati bħala residenzi. Dan ir-riżultat ħareġ wara domanda fil-Parlament.
Borg qal li l-użu residenzjali twaqqaf fi 15-il każ waqt li f’29 każ ieħor l-użu ġie sanzjonat jew regolarizzat skont il-liġi preżenti.
Is-16-il każ l-oħra għadhom pendenti minħabba appell, applikazzjoni sanitarja jew għax dwarhom hemm azzjoni diretta.
Fis-snin li ilu fil-Gvern il-Partit Laburista, kien hemm żieda fl-applikazzjonijiet għall-housing soċjali. Fl-aħħar snin ma sar l-ebda żvilupp fuq binjiet tal-housing soċjali.
Dan ir-riżultat jirifletti ftit mill-ħafna problemi li hemm f’dan is-settur u li mhux qed jiġu indirizzati mill-Gvern.
//= $special ?>