Edukazzjoni Lokali

Adrian Delia jżur il-Careers Expo fl-Università ta’ Malta

Il-Kap tal-PN Adrian Delia żar il-KSU Careers Expo li għal darb’oħra kienet organizzata fl-Università ta’ Malta – okkazzjoni oħra fejn Adrian Delia sema’ l-isfidi li qed ikollhom l-istudenti u l-karrieri li qed jiġu offruti.

Adrian Delia ltaqa’ wkoll man-negozji li qed joffru numru ta’ opportunitajiet lill-istudenti.

Il-PN se jibqa’ fost l-istudent.

L-Expo fuq il-kampus tkun okkazzjoni fejn iż-żgħażagħ ifitxxu informazzjoni jew anki xi parir dwar id-dinja tax-xogħol. L-edukazzjoni u x-xogħol dejjem jimxu id f’id, u dejjem kienu Gvernijiet Nazzjonalisti li kabbru l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ, mhux biss b’investiment qawwi fl-Università iżda anki billi attiraw setturi ġodda ta’ xoghol li joffru impjiegi b’pagi ahjar. Dawn fil-fatt ghadna ngawdu minnhom sal-lum, u jinkludu l-qasam finanzjarju, is-settur tal-manutenzjoni tal-ajruplani, l-industrija tal-gaming u anke l-informatika.

Il-Kap tal-PN sostna li hemm il-ħtieġa li l-istudenti Universitarji jkollhom gwida ta’ dak li hemm aktar ‘il quddiem, la darba jkunu qed jistudjaw jew ikunu lesti mill-istudju tagħhom.

Huwa faħħar il-ħidma tal-KSU li qed taħdem kontinwament biex toffri lill-istudenti numru ta’ opportunitajiet

Flimkien mal-Kap tal-PN kien hemm is-Segretarju Generali tal-PN u kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli.