Lokali

ARA: Il-qiegħ tal-baħar madwar Malta u Għawdex miksi ħut mejjet

Il-qiegħ tal-baħar madwar Malta u Għawdex hu miksi b’ħut mejjet li qed jiddikomponi.

Dan jidher biċ-ċar minn filmat, li ttella’ mill-għaddas Raniero Borg, u li prinċipalment juri ħut tat-tip awrat li probabbilment hu l-istess ħut li ħarab mill-fish farms wara l-maltempata ta’ xi jiem ilu.

Dan l-istess ħut deher jittella’ mix-Xemxija fejn saħansitra spiċċa jittella’ fit-triq mill-mewġ, imma wkoll madwar Malta u Għawdex mis-sajjieda.

Jirriżulta li l-mewt bil-massa ta’ dan il-ħut hu dovut għalf-att li dan il-ħut ma jkunx kapaċi jikkaċċja l-ikel ladarba jkun trabba għal għomru kollu f’żona ristretta waqt li jiġi mitmugħ.

FILMAT: “Qatt ma rajna xena simili” – Għawdex invażat bl-awrat