Kultura Lokali

Festivals Malta tħabbar ir-riżultati tal-kompetizzjonijiet tal-Karnival ta’ Malta 2019

Festivals Malta, permezz tat-Tim Organizzattiv tal-Karnival, ħabbret ir-riżultati relatati mal-konkorsi kompetittivi tal-Karnival 2019.

Ir-rebbieħa tal-konkorsi huma:

·        KUMPANIJA – SEZZJONI “A” – “Bil-Friefet Kburi u Pagun Kollu Kuluri” – Putullu u Stephania Gellel Carnival Company.

Minħabba incident li seħħ, l-organizzazzjoni ħabbret li ħadet passi skont il-provvedimenti tar-regolamenti.

·         KUMPANIJA – SEZZJONI “B” – “Come Fly with Me” – Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.

·         KUMPANIJA – TFAL SEZZJONI “C” – “History” – Lookstar Dancers, Ħal Tarxien.

·         KUMPANIJA D –  “1857” – Joseph Abela & Friends, Ħal Tarxien.

·         KARRU TRIJONFALI – SEZZJONI “A” – “Gran Brittanja” – Triton Carnival Company.

·         KARRU TRIJONFALI – SEZZJONI “B” – “Ġo Bar Ġermaniż Daħlilna Irlandiż” – DonPe Carnival Company.

·         KARRU TRIJONFALI – SEZZJONI “C” –  “Keep Fit” – Tal-Kaptan Carnival Company.

·         SETT MASKERUNI – “Ħamsa Ħdimnielek biex f’Memorja Nfakkru Lilek” – ICJ Godwin Carnival Group.

Festivals Malta qalet li “din is-sena, bħal kull sena qabilha kien diffiċli ħafna li ssir għażla tal-parteċipanti rebbieħa, dan minħabba l-fatt li l-kwalità minn sena għall-oħra dejjem qiegħda titjieb.”