L-Assoċjazzjoni għall-Ugwaljanza (A4E) qed tinsisti li l-Gvern jindirizza serjament s-sitwazzjoni tal-massage parlours – messaġġ illi wasslet permezz ta’ stqarrija fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara.
Fl-istqarrija, A4E qed tgħid li l-Gvern għandu jassigura li ma jkollniex massage parlours li jintużaw għat-traffikar ta’ nisa u tfajliet żgħar. L-Assoċjazzjoni qed tallega li hemm uħud minn dawn il-ħwienet li qed joffru servizzi sesswali, fejn jiġu anke sfruttati dawk li jaħdmu f’dawn l-istabbilimenti.
Lil hinn minn din it-tema, A4E titkellem ukoll dwar il-ħtieġa li l-Gvern jinkoraġixxi aktar miżuri favur il-missirijiet, ikun hemm aktar edukazzjoni sesswali fl-iskejjel, u jingħata aktar taħriġ lill-Korp tal-Pulizija fuq kif għandhom jintervjenu f’każi ta’ vjolenza domestika.
A4E tappella ukoll għal riforma fil-liġi li tirregola l-prostituzzjoni sabiex in-nisa ikunu protetti filwaqt illi jsir reat li wieħed jixtri servizzi sesswali.
//= $special ?>