Ir-rapport tal-IMF jikkonferma dak qed ngħidu aħna bħala union. Sostna dan il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers Josef Vella waqt intervista fil-programm NET LIVE l-Erbgħa filgħaxija.
Huwa sostna li l-isfidi li huma msemmija f’dan ir-rapport għandhom jiġu indirizzati. Dan fl-aħħar mill-aħħar għall-ġid tal-poplu Malti kollu.
Josef Vella għamel referenza għal dak li qal il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, fejn ftit tal-jiem ilu ghazel li jinjora dak li intqal f’dan ir-rapport. Dan jistona mal-fatt li Joseph Muscat dejjem saħaq fuq l-islogan ta’ Gvern li jisma.
F’dan l-istess rapport, ħarġu diversi punti inkwetanti anke fuq l-MFSA – dan, sostna Josef Vella, fid-dawl tal-iskandlu ta’ Pilatus Bank kif ukoll stejjer oħra relatati.
Il-Kap Eżekuttiv tal-UHM saħaq illi…. kif ħareġ mir-rapport…. huwa fatt li d-dħul tal-pensjonanti qed ifalli milli jlaħħaq mal-ispejjeż, b’konsegwenza li żdied ir-riskju tal-faqar fost il-pensjonanti.
Josef Vella qal min-naħa tagħhom ma jsibu l-ebda diffilkultà li dawn il-punti kollha jiġu diskussi fl-MCESD.
Josef Vella tenna li hemm bżonn ta’ pjan fit-tul speċjalment fil-qasam tal-edukazzjoni u fil-pensjonijiet. U insista li ekonomija b’saħħitha ma twasslikx għal soċjetà b’saħħitha.
//= $special ?>