Lokali

Jippersistu l-problemi fid-Dipartiment tad-Dentistrija

Ikomplu jippresistu l-problemi fid-Dipartiment tad-Dentristrija. Dan wara li strajk fid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Mater Dei li ilu għaddej diversi xhur qed iwassal biex bosta pazjenti li bdew trattamenti fl-istess dipartiment, mhumiex qed ikunu aċċettati għal appuntamenti.

Kienu diversi dawk li tkellmu waqt il-programm ‘Follow Up’ fuq NET FM ippreżentat minn Dulcima Aquilina fejn stqarrew id-diżappunt u l-frustrazzjoni tagħhom għal dak li jinsabu għaddejjin minnu.

Persuna partikolari stqarret magħna li meta marret l-Isptar minħabba li t-tifla tagħha kellha bżonn filling, din ma ġietx moqdija minhabba li ma kinitx każ urġenti. Dan appari li kkanċellawlha diversi appuntamenti wara li suppost it-tifa tagħha kellha bżonn għadd ta’ follow ups minħabba li saritilha brace.

Min-naħa tal-customer care qalulha li mhux qed jaċċettaw complaints fuq id-dipatiment tad-dental.

Persuni oħra li għandha tifel b’diżabbiltà qalet li saħansitra kellha appuntament li ġie pospost b’aktar minn sena. Sostniet li minħabba l-għebusija minn naħa tal-Gvern qed jispiċċa jbati l-pazjent.

Minħabba dan l-istrajk qed ikunu ħafna dawk il-persuni li qed ikollhom jirrikorru għal dentisti privati. Konsegwenza ta’ dan qed jispiċċaw jidħlu fi spejjeż żejda sabiex ikunu jistgħu jkomplu t-trattament li bdew fl-Isptar Mater Dei.