Pajjiżna jinsab lejn l-aħħar fl-UE fejn jidħlu n-nisa li għandhom pożizzjonijiet f’bordijiet ta’ kumpaniji privati. Dan joħroġ minn ċifri tal-Eurostat ippubblikati illum.
Id-data turi li l-Estonja u l-Greċja biss huma agħar minn Malta, b’pajjiżna jiġi t-tielet mill-aħħar f’din il-lista.
Anke fejn jidħlu l-managers, Malta tinsab f’livell anqas mill-medja Ewropea.
Fl-Unjoni Ewropea kollha, hemm 6 miljun manager irġiel filwaqt li 3.4 miljun mara għandhom din il-pożizzjoni. Dan ifisser li 64 fil-mija tal-managers fl-UE huma irġiel.
Il-Eurostat ħarġet dawn iċ-ċifri lejlet il-Jum Internazzjonali tan-Nisa.
Għada fil-fatt il-PN se jkun qed jorganizza l-konferenza ‘Mara Suċċess’ li ukoll se tkun qed tiffoka fuq dawn ir-realtajiet.
//= $special ?>