Lokali

Raġel ta’ 37 sena jsofri minn ġrieħi gravi f’inċident fil-Mellieħa

Raġel ta’ 37 sena mill-Iklin qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7.30 kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Louis Wettinger fil-Mellieħa.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li seħħ impatt bejn vettura tat-tip BMW 640D misjuqa mir-raġel u karozza BMW 120D misjuqa minn tfajla ta’ 26 sena residenti s-Swieqi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.