Sport

Rebħa oħra kbira għal Malta

(Ritratt: Domenic Aquilina/MFA)

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt s-16-il sena reġgħu għamluha meta fil-UEFA Youth Girls Development Tournament huma għelbu lil Andorra 7-0 fis-Centenary Stadium.  Kif jitkellem ir-riżultat, it-tfajliet Maltin kienu superjuri mill-bidu sa l-aħħar. Din ir-rebħa waslet wara li fl-ewwel partita l-Maltin għelbu lil Ġibilta’ 5-1.

Immexxija mill-kowċ Dorianne Theuma, it-tfajliet Maltin marru tlieta minn fuq wara biss seba’ minuti logħob. L-attakkanta ta’ Birkirkara, Kailey Willis fetħet li skor b’volley mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa, wara pass mill-isbaħ ta’ Veronique Mifsud.

Fil-ħames minuta, l-attakkanta ta’ Mġarr United, Haley Bugeja skorjat l-ewwel gowl tagħha tat-tournament, meta b’ġirja mill-isbaħ ma tant l-ebda ċans lid-difiża bix-xutt tagħha jispiċċa fis-saqaf tax-xibka.  Bugeja, l-aħjar skorer kemm fil-kampjonat domestiku u ta’ taħt id-19-il sena, skorjat ieħor ftit minuti wara, meta daħlet tiġri fil-kaxxa u skorjat b’xutt fil-baxx.

Malta kompliet tiddomina u marret 4-0 minn fuq b’xutt mid-distanza ta’  Emma Ciantar. Andorra, setgħu naqqsu d-distakk iżda x-xutt ta’ Erica Do Canto’s mill-bogħod li spiċċa ftit barra, iżda ftit wara Malta skorjaw il-ħames goal meta fid-29 minuta, Willis sabet lil Bugeja li tefgħet ġewwa minn quddiem il-lasti. Ftit wara Haley Bugeja għamlithom 6-0.

Ftit qabel il-mistrieħ, it-tim ta’ Theuma’s skorja s-seba’ gowl meta minn kross ta’ Willis’s fil-kaxxa il-ballun ġie devjat mid-difensur ta’ Andorra Laura Martin fix-xibka tagħha stess. Fit-tieni taqsima il-kowċes għamlu diversi sostituzzjonijiet bit-tim Malta jikkontrolla l-partita. L-aħħar partita ta’ Malta tintlagħab għada fl-10:15 am.

MALTA: Giulia D’Antuono (72 Justyne Caruana), Martina Fenech (65 Izabella Camilleri), Alexandra Gatt, Georgiana Mifsud (41 Nell Zarb Cousin), Laura Chetcuti Dimech (31 Mariah Cardona), Maya Lucia (31 Elena Sissons), Veronique Mifsud (64 Rhea Borg), Martina Cortis, Emma Ciantar (41 Gaia Antonelli), Haley Bugeja (41 Hannah Khatib), Kailey Willis (41 Laura Hannah Muscat).

ANDORRA: Elisabeth Trastoy, Mariona Munoz, Maria Farre, Marta Sinfreu (63 Meritxell Mejuto), Erica Do Canto, Zoe Garcia, Laura Martin (41 Lucia Soto), Lia Rabada (41 Sandra Garcia), Gemm Camin, Nuria Bellsola (41 Laia Palau), Andrea Castano (41 Maria Hernandez).

Referee: Luke Xuereb