Eric Cantona, Sir Alex Ferguson u Ole Gunnar Solskjaer, tliet persuni li daħlu fl-istorja ta’ Manchester United iċċelebraw flimkien wara l-partiti f’Pariġi, r-rebħa ta’ Manchester United u l-kwalifikazzjoni għall-kwarti tal-finali fiċ-Champions League.
Wara l-partita dawn iltaqgħu flimkien fid-dressing room u ċċelebraw ir-rebħa. Plejer ieħor li mar jara l-partita u anke ċċelebra, kien Patrice Evra, li wara l-United għamel ukoll xi ċmien jilgħab ma’ Juventus. Huwa fatt magħruf li Evra għadu “fan” kbir tar-Red Devils.
Din kienet rebħa li fakkret lil ħafna għal dak li ġara 20 sena f’Barcelona, meta l-United skorjaw żewġ goals fl-aħħar minuta biex rebħu ċ-Champions League. Goal minnhom kien skorjat minn Solskjaer, illum”caretaker manager” f’Old Trafford.
“Din hija iċ-Champions League, hekk jiġri,” qal Solskjaer. “Dan huwa t-tim, hekk nagħmlu hawn, u dan huwa Manchester United.” Il-Franċiż Cantona li għen lil United jirbħu erba’ kampjonati u żewġ FA Cups fis-snin 90, qal: “Tajjeb ferm. Ninsab ħafna ferħan.”
Tnejn minn Romelu Lukaku u ieħor minn Rashford fl-94 minuta minn penalty fisser li l- United l-ewwel tim fl-istorja ta’ din it-tazza li dawwar riżultat ta’ 2-0 “home”. Il-korrispondent tal-BBC Radio 5 Live John Murray, qal li dan “huwa wieħed mill-aqwa riżultati minn tim Ingliż fiċ-Champions League”. “Din il-partita żgur li tibqa’ mfakkra bħala waħda mill-aħjar “comebacks” fl-istorja”.
//= $special ?>