Lokali

“Dan it-theddid m’għandux jeżisti f’pajjiż demokratiku”

Il-Gvern kien irrifjuta l-emendi mressqa mill-PN sabiex ikun hemm aktar protezzjoni fuq il-ġurnalisti

Wara li s-sit tal-aħbarijiet The Shift News ippubblika rapport dwar kif negozjanti Russi qrib il-Kremlin infiltraw miljuni kbar fl-Ewropa, Shift News qed ikun iffaċjat b’theddida sabiex ineħħi dan l-artiklu – libell fuq l-istess linji tal-iSLAPP illi jaf ilaħħaq eluf kbar.

Minkejja dan, il-ġurnalisti Maltin xorta għażlu li jżommu dan l-artiklu.

Il-ko-fundatriċi ta’ Shift News Caroline Muscat ilbieraħ tkellmet mal-programm NET LIVE fejn spjegat illi dan it-theddid m’għandux jeżisti f’pajjiż demokratiku. Fakkret ukoll kif kienet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li preżentat emendi għal aktar protezzjoni lill-ġurnalisti. Iżda l-Gvern kien baqa’ jirreżisti dwan l-emendi.

L-istorja tirrigwardja bankier Russu bl-isem ta’ Ruben Vardanyan illi bagħat ittra bl-avukati tiegħu fejn jinsisti l-ħlas għad-danni kemm-il darba l-artiklu ma jitneħħiex.

Vardanyan hu Russu miljunarju, li darba kien imexxi bank kbir imsejjaħ Troika Dialog. Dan il-bank hu implikat fl-iskandlu li dwaru irrapporta The Shift News fejn hemm imsemmija mal-238,000 persuna u kumpanija f’leak illi fih inkixfu numru kbir ta’ dokumenti, kuntratti u emails.

Dan il-leak ta’ data allegatament juri kif għaddew mal-$5 biljuni mir-Russja lejn l-Ewropa u lil hinn.

Din mhix l-ewwel darba li Shift News irċievew theddid ta’ SLAPP. Ġrat ukoll meta kellhom theddid minn Henley & Partners, iżda anke f’dak il-każ żammew l-artikli ppubblikati.