Il-FIFA ċaħdet ir-rikjesta ta’ Chelsea biex tipposponi s-sospensjoni tat-trasferimenti waqt li jkun qed jinstema l-appell. Fir-reazzjoni tagħhom, Chelsea qalu li kienu sorpriża bid-deċiżjoni tal-FIFA u se jikkunsidraw il-passi li jmiss meta r-risposti jkunu pprovduti.
Chelsea jistgħu issa jitolbu lill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport biex jingħataw deċiżjoni temporanja li biha jkunu jistgħu jiffirmaw plejers mhux waqt is-suq tat-trasferimenti.
Chelsea kienu sospiżi milli jirreġistraw plejers ġodda sa Jannar 2020 talli kisru r-regoli li jipproteġu l-plejers żgħażagħ. Il-klabb Ingliż kienu mmultati €500,000 filwaqt li l-FA Ingliża qed tiffaċċja multa ta’ ftit aktar minn €400,000 li huma wkoll se jappellaw. Il-klabb minn Londra nstab ħati ta’ 29 każ li fiha nkiser artiklu 19 li jittratta t-trasferiment ta’ plejers taħt it-18-il sena.
//= $special ?>