Il-Formula 1 ħadet deċiżjoni li tagħti punt żejjed lis-sewwieq li jagħmel l-aktar dawra veloċi waqt kull Grand Prix fl-istaġun ta’ din is-sena. Din ir-regola mistennija tidħol fis-seħħ mill-ewwel tiġrija l-ġimgħa d-dieħla u dan il-punt jingħata jekk is-sewwieq jispiċċa mal-ewwel għaxra. L-aħħar darba li l-Formula 1 tat punt għall-aktar dawra veloċi kien lura fl-1959.
Is-sistema preżenti tal-punti għall-ewwel għaxar postijiet ilha teżisti mill-2010, bl-injlużjoni tal-punti doppji f’Abu Dhabi fl-2014 fl-aħħar Grand Prix tal-istaġun f’dik li kienet eċċezzjoni.
Fl-istaġun li għadda, Valtteri Bottas ta’ Marcedes kien l-aktar sewwieq li kellu l-aktar dawriet veloċi. Sitta mis-seba’ darbiet seħħew meta l-Finlandiż spiċċaw mal-ewwel għaxra. B’hekk ifisser li jekk dan ix-xenarju jidħol fir-regola l-ġdida, Bottas kien jikseb sitt punti oħra.
//= $special ?>