Lokali

Università kważi fantażma

Meta suppost hemm 4,000 student, sa issa lanqas qabżu l-100. Ħadd ma jaf eżatt kemm hemm jew kemm suppost se jkun hemm studenti fil-famuza Universita tal-Ġordaniżi f’Baċir Numru Wieħed f’Bormla.

Waqt l-inawgurazzjoni uffiċċjali ta’ din l-Università, il-ġurnalisti ingħataw l-opportunità jduru s-sit, iżda l-aktar li spikka waqt din iż-żjara, kienet propju in-nuqqas ta’ preżenza ta’ studenti.

L-Università tal-Gordanizi kellha tattira lejha għadd kbir ta’ studenti barranin, iżda skont Mucsat stess, il-15-il student li bdew l-istudji tagħhom fl-2017, f’sentejn saru 75. Dawn b’xi mod suppost jizdiedu b’40 darba fi żmien 4 snin.

Waqt din iz-zjara ta’ Muscat, spikkat ukoll id-distanza miżmuma bejn il-Prim Ministru u Adrian Hillman, li illum hu r-rappreżentant tal-Gvern fuq il-Bord ta’ Trustees fl-American University.

Madankollu, għal xi raġuni, minkejja li kien preżenti, jidher li l-Prim Ministru ma riedux jidher miegħu tul din l-attività.

Adrian Hillman hu isem ieħor li deher fil-Panama Papers, u li dwaru għaddejja inkjesta maġisterjali fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus. Iżda Muscat qal li hu m’għandux problema b’Hillman.

Fl-inawgurazzjon li seħħet propju f Jum il-Mara, wieħed ma setax ma jinnotax mhux biss in-nuqqas ta’ nisa fost il-ftit studenti li kien hemm, iżda iktar u iktar fost it- tmexxija tal-Università – Universita li possibilment qed toffri aktar korsijiet milli ghandha studenti.