Lokali Saħħa

L-MAPHM kontra l-legalizzazzjoni tal-kannabis għal użu rikreattiv

L-MAPHM, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Medicina tas-Sahha Pubblika, hija kontra l-legalizzazzjoni tal-kannabis għal użu rikreattiv.

Fi stqarrija l-MAPHM qablet mal-pożizzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatri u l-Fondazzjoni OASI.

Mill-aħħar stqarrija tagħhom, issa saret iżjed riċerka li tindika li din il-legalizzazzjoni, tkun qed iżżid mal-periklu, li naġevolaw l-użu tal-kannabis minn adoloxxenti, anke ta’ età żgħira ħafna.

B’hekk l-MAPHM qiegħda tħeġġeġ biex tittieħed attitudni li tħares lejn id-dibattitu tal-legalizzazzjoni tal-kannabis għal użu rikreattiv, b’mod strutturat u fuq bażi ta’ evidenza, li tikkonsidra is-serjetà tal-ħsara li ssir fit-tul fuq livell individwali u anke lis-soċjetà, mingħajr pressjoni politika jew ekonomika li tiffavorixxi l-legalizzazzjoni.