Lokali Unjoni Ewropea

16-il sena minn meta l-poplu qal IVA

Malta baqgħet mixja ‘l quddiem grazzi għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Vizjoni tal-PN li kellu għal bosta snin u li l-poplu ghazel li jivvota favuriha 16-il sena ilu.

Illum qed naraw sitwazzjoni fejn dawk li kienu kontra l-Unjoni Ewropea issa qed jiftaħru bis-suċċess li ġabet magħha s-sbuħija.

Infatti bħal-lum 16-il sena konna qed niċċelebraw ir-rebħa tar-referendum biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea – fl-istess waqt Joseph Muscat u sħabu kienu qed jaħdmu kontra sħubija.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli permess ta’ post fuq facebook qal li llum, wara li l-Prim Ministru Jospeh Muscat, induna li l-Partit Nazzjonalista kellu raġun dwar l-Unjoni Ewropea issa qed jiftaħar bis-suċċess tas-sbuħija daqs li kieku kienet tiegħu.

Puli sostna u saqsa jekk naħsbux li l-fondi li qed inġibu mill-UE humiex frott dawk li kienu kontra s-sħubija.

Minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, nistgħu ngħidu li dawn is-snin ta’ sħubija wrew li pajjiżna kapaċi jikkontribwixxi tajjeb u jagħmel differenza fid-diversi livelli tal-ħidma tal-Unjoni Ewropea.

Fl-aħħar kważi 7 snin li għaddew, Malta ħadet aktar minn €1.2 biljun minn fondi Ewropej – flus illi ġabhom l-aħħar Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi , u li għadna ngawduhom sal-lum.