Lokali Qorti

Akkużat li seraq minn ħanut tax-xorb f’Tas-Sliema

Franċiz ta’ 18-il sena tressaq il-Qorti wara li seraq u kkawża ħsara fi stabbiliment tax-xorb f’Tas Sliema.
Iż-żagħżugħ ġie mixli wkoll li kien fis-sakra f’post pubbliku.

Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Bernardette Valletta, qalet li apparti Bardelli kien hemm involut ukoll ġuvni ieħor li madankollu laħaq irritorna lejn Franza.

Kompliet tgħid li z-zgħazagħ tant kienu fis-sakra li apparti li serqu flixken tax-xorb, serqu wkoll flixken li kienu hemm biss bħala tiżjin iżda mingħalihom kienu mimlija bix-xorb.

Il-Ġuvni wieġeb ħati għall-akkużi u spjega li jiddispjaċih ta’ li għamel u lest li jħallas l-ispejjez tad-danni u l-affarijiet li seraq..

Il-Qorti kkundannat liż-żgħażugħ għal sena ħabs sospiża għal sentejn u ġie orndat iħallas €553 lis-sid tal-istabilliment.