Lokali Qorti

Jinħeles mill-arrest wara li ċaħad li stupra mara

Ahmed Hanes, inħeles mill-arrest wara li ċaħad li fil-lejl ta’ bejn it-23 u l-24 ta’ Frar li għadda, stupra Spanjola fil-bajja ta’ San Ġorg f’San Ġilajn.

Ir-Raġel, Sirjan li għandu 22 sena, kien arrestat f’Paceville fit-8 ta’ Marzu wara li ġie identifikat mill-vittma.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, aċċettat it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta €5,000 u ordnatlu li ma jagħmel l-ebda kuntatt mal-vittma.

Ir-raġel ġie mitlub ukoll jiffirma fl-għassa ta’ Birkirkara u li ma jersaqx lejn il-lokalita’ ta’ San Ġiljan.