Żgħażugħ ta’ 23 sena tressaq il-Qorti akkużat li fis-7 ta’ Marzu darab ħafif lis-sieħba tiegħu.
Cody Max Galli, residenti San Ġiljan, kien akkużat ukoll li hedded kemm lit-tfajla kif ukoll lil familja tagħha.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Matthew Spagnol, stqarret kif it-tfajla tat lill-puluzija ritratti u ċertifikati mediċi. Il-ġuvni wieġeb li mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest, li ġiet aċċettata mill-prosekuzzjoni iżda fuq ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jsirx kuntatt mal-vittma u li jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa ta’ San Ġiljan u fuq garanzija personali ta’ €5,000.
Franco Debono u Amadeus Cachia kienu l-avukati difensuri.
//= $special ?>