Neptunes Leo Vegas spiċċaw l-ewwel fażi fil-quċċata wara li għelbu lil Sirens Greentube 10-7. B’hekk fil-play-offs dawn it-tnejn se jerġgħu jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla wara li Sirens spiċċaw fir-raba’ post.
Sirens kellhom jiġru wara l-logħba hekk kif kellhom bidu kajman fil-partita kienu 4-1 minn taħt sa nofs l-ewwel sessjoni. Jeremy Abela għamilhom 6-2 fil-bidu tat-tieni sessjoni, iżda rimonta ta’ Sirens wasslet biex daħlu jistrieħu b’gowl biss żvantaġġ.
Matthew Sciberras għamel l-iskor 6-6 bl-uniku gowl skorjat fit-tielet sessjoni, hekk kif Neptunes fallew tliet okkażjonijiet ta’ man-up. Fl-aħħar sessjoni Neptunes reġgħu marru minn fuq iżda kien biss fl-aħħar żewġ minuti li aċċertaw mir-rebħa.
San Ġiljan TUM Invest se jkunu qed jilagħbu kontra Sliema fil-play-off wara li rebħu 14-9 kontra Birżebbuġa Freeport li temmew l-impenji fl-aħħar post. It-tim ta’ Pierre Borg qasam il-logħob mal-avversarji u kien fl-aħħar sessjoni li l-Ġiljaniżi aċċertaw mir-rebħa. L-eroj għal San Ġiljan kien Ben Plumpton li skorja sitt gowls.
It-tim ta’ Marko Orlovic kiseb vantaġġ tajjeb ta’ erba’ gowls fl-ewwel sessjoni, iżda dan il-vantaġġ niżel għal gowl biss sa tmiem it-tieni sessjoni. Huma kellhom jistennew sal-ewwel parti tal-aħħar sessjoni biex aċċertaw mir-rebħa.
Exiles Elia Caterers assiguraw il-ħames post b’rebħa ta’ 11-5 fuq Valletta Videoslots. It-tim ta’ Igor Vukanovic qatt ma kien minn taħt tul il-logħba, hekk kif kellhom bidu tajjeb wara li rebħu l-ewwel sessjoni 4-0.
Valletta naqsu li jidħlu fil-logħba u saħansitra sa żewġ minuti mit-tmiem it-tieni sessjoni, l-iskor kien 6-0. Paolella naqqas id-distakk iżda Kurt Griscti daħħal lil Exiles 7-1minn fuq. L-andament tal-logħba baqa’ l-istess, b’Exiles jikkontrollaw mingħajr diffikultà sat-tmiem.
NEPTUNES LEO VEGAS…… 10 SIRENS GREENTUBE………… 7
(5-2), (1-3), (0-1), (3-1)
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (3), K. Erdogan, G. Pace, M. Martellacci, J. Farrugia, J. Muscat (2), S. Busuttil, J. Abela (2), N. Zammit (2), I. Zammit, M. Azzopardi (1), B. Busuttil
Sirens: N. Grixti, J. Ciantar (2), E. Aquilina (1), P. Privitera, M. Grech, G. Sammut, J. Zerafa Gregory, I. Riolo (1), J. Napier, L. Caruana (1), M. Sciberras (2), G. Galea Curmi
Referees: Mario Dalli, Stefan Licari
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 9 SAN ĠILJAN TUM INVEST… 14
(2-4), (2-1), (3-5), (2-4)
Birżebbuġa: D. Spiteri, K. Camilleri, N. Cassar, D. Pace Lupi (5), C. Mifsud (1), R. Spiteri, S. Vassallo, D. Cutajar (1), J. Bajada (2), L. Borg, M. Borg, J. Buhagiar, J. Cremona
San Ġiljan: J. Tanti, D. Ciantar, A. Galea (4), B. Grech, K. Dowling, A. Saliba, B. Plumpton (6), C. Farrugia, T. Said, Da. Zammit (1), P. Fava, M. Ortoleva (3), T. Micallef
Referees: Alex De Raffaele, Peter Balzan
VALLETTA VIDEOSLOTS…. 5 EXILES ELIA CATERERS…. 11
(0-4), (1-3), (1-3), (3-1)
Valletta: R. Sciortino, J. Spiteri Staines (1), A. Agius, P. Borg, C. Zammit, R. Mock, D. Paolella (3), M. Mifsud, N. Farrugia, M. Zammit, M. Lanzon (1), L. Gialanze, R. Bonnici
Exiles: M. Martin, C. Von Brockdorf, A. Magri, P. Paris, T. Sullivan (2), S. Xerri de Caro (2), M. Fenech (2), K. Griscti (1), N. Paris, A. Cousin (3), B. Lanzon (1), S. Apap, M. Castillo
Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri
Logħob li jmiss
Is-Sibt 16 ta’ Marzu – Semifinali Play-offs – Neptunes v Sirens 3.00pm, San Ġiljan v Sliema 4.15pm
Kif Jinsabu
L R D T F K Pti
Neptunes 6 5 0 1 79 52 15
San Ġiljan 6 5 0 1 62 47 15
Sliema 6 4 1 1 57 44 13
Sirens 6 3 1 2 51 48 10
Exiles 6 2 0 4 49 59 6
Valletta 6 1 0 5 43 64 3
Birżebbuġa 6 0 0 6 35 62 0