Rugby Sport

Rebħa importanti għal Wales u l-Ingilterra fis-Six Nations

(Ritratt: EPA)

Wales għamlu pass ieħor lejn ir-rebħ tal-Grand Slam b’rebħa diffiċli ta’ 18-11 kontra l-Iskozja f’Murrayfield. Wales dehru li kienu fil-kontroll hekk kif daħlu jistrieħu 15-6 minn fuq wara li ddominaw l-ewwel taqsima, b’Josh Adams u Jonathan Davies jagħmlu t-tries għal Wales.

Iżda l-Iskoċċiżi rrispondew tajjeb fit-tieni taqsima u bdew jippressaw għoli lill-avversarji. Try ta’ Darcy Graham fil-51 minuta għamel l-iskor 15-11 iżda minkejja li l-Iskozja tefgħet il-pressoni fuq l-avversarji, Wales iddefendew bil-għaqal biex żiedu l-iskor minn penalty lejn it-tmiem ta’ Anscobe.

Fil-logħba l-oħra, l-Ingilterra sabitha faċli meta kif mistenni rebħa kontra l-Italja 57-14 fi Twickenham. L-Ingilterra għadha tista’ tirbaħ is-Six Nations qabel il-konfront importanti kontra l-Iskozja, iżda għandhom bżonn pjaċir mill-Irlanda hekk kif se tilgħab kontra Wales il-ġimgħa d-dieħla.

Sa tmiem l-ewwel taqsima l-Ingliżi kienu jinsabu 31-7 fil-vantaġġ. Din it-telfa tkompli ttawwal is-sensiela ta’ bla rebħa fis-Six Nations għat-tim nazzjonali Taljan, hekk kif ilhom ma jirbħu mill-2015.

Six Nations

Ingilterra v Italja 57-14, Skozja v Wales 11-18, Għada: Irlanda v Franza 4.00pm

Tags